Panic Attacks

A Panic Attack is a distinct episode of high anxiety, with fear or discomfort, which develops abruptly and reaches its peak within 10 minutes. The symptoms of a panic attack often resemble the symptoms of a heart attack or other medical problems. It is not possible to be entirelycertain that a person is in fact experiencing a panic attack. Only a medical professional can tell if it is something more serious.
During a panic attack, several of the following symptoms are present:

  • palpitations, pounding heart or rapid heart rate
  • sweating
  • trembling and shaking
  • shortness of breath, sensations of choking or smothering
  • chest pain or discomfort
  • abdominal distress or nausea
  • dizziness, light-headedness, feeling faint or unsteady
  • feelings of unreality or being detached from oneself
  • fears of losing control or losing one’s mind
  • fears of dying
  • numbness or tingling and
  • chills or hot flushes

 

If you or someone you know are experiencing any of these symptoms, speak to a mental health professional. Our professionals are available to help you 24/7.

Attakk ta’ Paniku

Dan huwa episodju distint ta’ ansjetà għolja, mimli biża’ jew skumdità, li jiżviluppa f’daqqa u jilħaq il-quċċata f’temp ta’ 10 minuti. Is-sintomi ta’ attakk ta’ paniku xi kultant jixbħu s-sintomi ta’ attakk tal-qalb jew problema medika oħra. M’huwiex possibbli li tkun ċert kompletamentli persuna qed ikollha attakk ta’ paniku. Professjonist mediku biss jista’ jgħid jekk tistax tkun xi ħaġa iktar serja. Waqt l-attakk ta’ paniku, diversi sintomi minn dawn li ġejjin ikunu preżenti:

  • Palpitazzjonijiet, qalb tħabbat iktar mis-soltu jew rata tal-qalb mgħaġġla
  • Ixoqq l-għaraq għall-persuna
  • Rogħda
  • Nuqqas ta’ nifs, sensazzjonijiet li wieħed qed jifga jew xi ħadd qed jifggħu
  • Uġigħ fis-sider jew skumdità
  • Abdominal distress jew nawsja
  • Sturdament, ħass ħażin jew sensazzjoni li wieħed ma jħossux sod fuq saqajh
  • Sensazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ realtà jew li wieħed iħossu detached minnu nnifsu
  • Biża’li wieħed jitlef il-kontroll
  • Biża’mill-mewt
  • Nuqqas ta’ sensazzjoni jew tnemnim
  • Degħxiet tal-bard jew fwawar

 

Jekk int jew xi ħadd li taf qed tesperjenzaw xi wħud minn dawn is-sintomi, kellem professjonist. Il-professjonisti tagħna qegħdin hawnhekk 24/7 biex jgħinuk.