Trauma

A person who has experienced a traumatic event may react strongly right away, showing you that they need immediate assistance, whilst others may have a delayed reaction. This means that if you are helping someone you know and see on a regular basis, you may be continually assessing them for signs of distress over the next few weeks following a traumatic event.

A traumatic event is when a person is exposed to actual or threatened death, serious injury or sexual violation. Examples of traumas may include; involvement in war, accidents, assault (including physical or sexual assault, robbery, or family violence) and witnessing something terrible happen. Mass traumatic events include terrorist attacks, mass shootings, warfare and severe weather events (cyclones, tsunamis and bushfires).

The traumatic event may not necessarily be experienced directly by the person. The person might witness it happening to someone else, learn about a traumatic event that has occurred to someone close to them, or they are exposed to repeated or extreme details of the event.

There are some sorts of traumas that are not single discrete incidents. Common examples of recurring trauma include sexual, physical or emotional abuse, or torture. Sometimes the memories of a traumatic event suddenly or unexpectedly return weeks, months or even years afterwards.

If you or someone you know are experiencing any of these symptoms, speak to a mental health professional. Our professionals are available to help you 24/7.

Trawma

Avveniment trawmatiku huwa esperjenza li tista’ twassal individwu jew grupp ta’ individwi biex jesperjenzaw emozzjonijiet intensivi ta’ twerwir, sensazzjoni li wieħed ma jista’ jagħmel xejn u nuqqas ta’ tama.

Eżempji ta’ trawma jinkludu l-involviment fi gwerra, aċċidenti, inċidenti fejn wieħed jista’ jisfa’ attakkat (inkluż attakki fiżiċi jew sesswali, attakk vjolenti ta’ serq, jew vjolenza fil-familja) u meta persuna tara xi ħaġa orribbli sseħħ. Avvenimenti trawmatiċi tal-massa jinkludu attakki terroristiċi, sparar fuq kotra nies, gwerer, u diżastri naturali kbar (bħal terremoti, ċikluni, tsunami u nirien tal-foresti).

Il-persuna mhux neċessarjament tesperjenza l-avveniment trawmatiku b’mod dirett. Il-persuna tista’ tarah jiġri lil ħaddieħor, tista’ ssir taf b’avveniment trawmatiku li affettwa lil xi ħadd qrib tagħha, jew tiġi esposta għad-dettalji tal-avveniment b’mod ripetut jew għal dettalji estremi dwaru.

Hemm tipi ta’ trawmi li mhumiex inċidenti diskreti uniċi:  Eżempji komuni ta’ trawma rikorrenti jinkludu abbuż sesswali, fiżiku jew emozzjonali, jew tortura.  Xi drabi, il-memorji tal-avveniment trawmatiku jirritornaw għall-għarrieda, mingħajr ma wieħed ikun qed jistennihom, eżempju wara ġimgħat, xhur jew saħansitra snin wara li jkun sar l-inċident.

Jekk int jew xi ħadd li taf qed tesperjenzaw xi wħud minn dawn is-sintomi, kellem professjonist. Il-professjonisti tagħna qegħdin hawnhekk 24/7 biex jgħinuk.